7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 202/346


26.   Dikjarazzjoni dwar in-non-parteċipazzjoni ta' Stat Membru f'miżura bbażata fuq it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea

Il-Konferenza tiddikjara li meta Stat Membru jagħżel li ma jieħux sehem f'miżura bbażata fuq it-Titolu V tat-Tielet Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ikollu diskussjoni sħiħa dwar l-implikazzjonijiet u l-effetti possibbli tan-non-parteċipazzjoni ta' dan l-Istat Membru f'din il-miżura.

Barra minn hekk, kull Stat Membru jista' jistieden lill-Kummissjoni teżamina s-sitwazzjoni abbażi ta' l-Artikolu 116 tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea.

Is-subparagrafi preċedenti huma mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li Stat Membru jippreżenta din il-kwistjoni quddiem il-Kunsill Ewropew skond ir-regoli ta' proċedura tiegħu.