7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/8


Artikolu 7

Il-programmi ta' riċerka u ta' tagħlim tal-Komunità għandhom ikunu stabbiliti mill-Kunsill li jaġixxi permezz ta' vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni li għandha tikkonsulta mal-Kumitat Xjentifiku u Tekniku.

Dawn il-programmi għandhom ikunu mħejjija għal perjodu li ma jeċċedix ħames snin.

Il-fondi meħtieġa għall-implimentazjoni ta' dawn il-programmi għandhom ikunu inklużi kull sena fl-estimi ta' riċerka u nvestiment tal-Komunità.

Il-Kummissjoni għandha tassigura l-implementazzjoni tal-programmi u għandha kull sena tissottometti lill-Kunsill rapport dwar dan.

Il-Kummissjoni għandha żżomm lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali nfurmat bil-linji ġenerali tal-programmi ta' riċerka u tagħlim tal-Komunità.