EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016A182

Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika
TITOLU IV - DISPOSIZZJONIJIET FINANZJARJI PARTIKOLARI
Artikolu 182

ĠU C 203, 7.6.2016, p. 45–45 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/euratom_2016/art_182/oj

7.6.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta'l-Unjoni Ewropea

C 203/45


Artikolu 182

1.   Il-Kummisssjoni tista', basta tinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti ta' l-Istati Membri kkonċernati, tittrasferixxi l-ammonti li jkollha f'munita ta' xi Stat Membru għall-munita ta' xi Stat Membru ieħor, sakemm dan ikun meħtieġ sabiex tgħin ħalli dawn il-fondi jintużaw għall-iskopijiet li għalihom ikunu ntenzjonati b'dan it-Trattat. Il-Kummissjoni għandha sakemm ikun possibli, tevita trasferimenti bħal dawn jekk ikollha assi likwidi u disponibbli fil-muniti li hi jkollha bżonn.

2.   Il-Kummissjoni għandha tikkomunika ma' kull Stat Membru permezz ta' l-awtorità nnominata mill-Istat. Għat-twettiq tal-operazjonijiet finanzjarji, il-Kummissjoni għandha jkollha l-possibbilità li tagħmel użu mis-servizzi tal-bank li jkun għamel it-transazzjoni ta' l-Istat Membru kkonċernat jew xi stituzjoni finanzjarja oħra approvata minn dak l-Istat.

3.   F'dak li għandu x'jaqsam ma' nfiq li għandu jsir mill-Komunità fil-muniti ta' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha tissottometti lill-Kunsill, qabel ma l-budget ikun ġie finalment adottat, programm li juri id-dħul u l-infiq intenzjonat fil-muniti differenti.

Dan il-programm għandu jkun approvat mill-Kunsill, li jaġixxi permezz b'vot ta' maġġoranza kwalifikata. Jista' jiġi emendat matul is-sena finanzjarja skond l-istess proċedura.

4.   Il-Fondi fil-muniti ta' pajjiżi terzi, meta meħtieġa sabiex jintlaħqu l-ispejjeż li jidhru fil-programm imsemmi f'paragrafu 3, għandhom jingħataw lill-Kummissjoni mill-Istati Membri skond l-iskali li hemm disposizzjoni dwarhom fl-Artikolu 172. L-istess skali għandhom ikunu applikati wkoll mill-Istati Membri għal muniti ta' pajjiżi terzi miġbura mill-Kummissjoni.

5.   Il-Kummissjoni tista' tiddisponi liberament mill-fondi tal-muniti ta' pajjiżi terzi li tkun akkwistat permezz ta' self li joriġina minn dawn il-pajjiżi.

6.   L-arranġamenti għall-kambju stabbiliti fil-paragrafi preċedenti jistgħu jkunu disponibbli kollha jew in parti għall-Aġenzija u għall-Intrapriżi Konġunti w jistgħu ikunu adattati għall-ħtiġijiet operazzjonali tagħhom mill-Kunsill b'vot unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni.


Top