EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12012E352

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament ta' l-Unjoni Ewropea
IS-SEBA' PARTI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI
Artikolu 352
(ex Artikolu 308 TKE)

ĠU C 326, 26.10.2012, p. 196–196 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/treaty/tfeu_2012/art_352/oj

26.10.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 326/1


TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (VERŻJONI KONSOLIDATA)

IS-SEBA' PARTI

DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI U FINALI

Artikolu 352

(ex Artikolu 308 TKE)

1.   Jekk tidher meħtieġa azzjoni ta' l-Unjoni, fil-qafas tal-politika definita fit-Trattati, għall-kisba ta' wieħed mill-objettivi previsti mit-Trattati, u t-Trattati ma jkunux stabbilew is-setgħat meħtieġa għal dan l-għan, il-Kunsill, li jaġixxi b'mod unanimu fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew, għandu jadotta d-dispożizzjonijiet xierqa. Meta l-Kunsill jadotta d-dispożizzjonijiet in kwistjoni skond il-proċedura leġislattiva speċjali, dan għandu jadottahom ukoll b'unanimità, fuq proposta tal-Kummissjoni u wara l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew.

2.   Il-Kummissjoni għandha tiġbed l-attenzjoni tal-Parlamenti nazzjonali għall-proposti bbażati fuq dan l-Artikolu permezz tal-proċedura għall-monitoraġġ tal-prinċipju tas-sussidjarjetà previst fl-Artikolu 5(3), tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,.

3.   Il-miżuri bbażati fuq dan l-Artikolu m'għandhomx jinvolvu l-armonizzazzjoni tal-liġijiet u regolamenti ta' l-Istati Membri fil-każijiet fejn it-Trattati jeskludu din l-armonizzazzjoni.

4.   Dan l-Artikolu ma jistax iservi bħala bażi sabiex jintlaħaq objettiv tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni u kull att adottat skond dan l-Artikolu għandu jirrispetta l-limiti stabbiliti fit-tieni subparagrafu ta' Artikolu 40 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea.


Top